Wednesday, July 24, 2024

Il-PM Abela: “Il-Gvern ma għamel l-ebda u-turn. Ninsabu fi stat ta’ gwerra. Qed niġġieldu għadu li ma nafux.”

Aqra wkoll

“Il-Gvern ma għamel l-ebda u-turn fid-deċiżjonijiet tiegħu.” Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela f’intervista ftit tal-ħin ilu hekk kif tratta s-sitwazzjoni li nqalgħet fir-rigward tal-immigranti li lbieraħ iddaħħlu Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-Prim Ministru saħaq li d-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern kienu bla preċedent, iebsin u li ma kinux jitqiesu bħala ġusti li kienu ttieħdu f’ċirkostanzi normali. Madankollu huwa qal li ċ-ċirkostanzi tal-lum mhumiex normali. “Qegħdin fi stat ta’ gwerra, fejn lill-għadu ma nafuhx,” saħaq Abela.

“Id-deċiżjonijiet li ħadna huma proporzjonati maċ-ċirkostanzi tal-lum. Mhux biss proporzjonata, iżda metieġa,” huwa żied jisħaq.

Il-Prim Ministru tenna li fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi l-gvern ħa tliet deċiżjonijiet.

L-ewwel deċiżjoni kienet li bastimenti ta’ NGOs li jsalvaw immigranti jridu jieħdu dawn l-immigranti fil-pajjiżi fejn huwa reġistrat il-bastiment.

It-tieni deċiżjoni tolqot lil dawk id-dgħajjes bla reġistrazzjoni li jitilqu mil-Libja u jsalpaw lejn l-Ewropa. Filwaqt li qal li l-Forzi Armati rnexxilhom iżommu ħafna dgħajjes milli jaslu Malta, il-gvern kellu jieħu tliet deċiżjoni f’dan ir-rigward. L-ewwel waħda hija li l-portijiet tagħna mhumiex port sigur fejn jitniżżlu dawn l-immigranti, It-tieni deċiżjoni kienet li ma kinux se jitħallew jidħlu immigranti. It-tielet deċiżjoni kienet li l-gvern mhux se jkun qed jiggarantixxi s-salvataġġ tal-istess immigranti.

Il-Prim Ministru qal li l-ħin li ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet itieħdu waqt li dgħajsa bl-immigranti kienet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ assenjat lil Malta. Huwa żied jgħid li b’eċċezzjoni ta’ din id-dgħajsa l-ebda dgħajsa oħra mhija se titħalla tidħol.

Huwa kompla jemfasizza għal dixxiplina min-nies, u tenna li l-Gvern mhux se jkun qed joqgħod lura milli jħabbar aktar miżuri iebsin bil-għan li jikkontrolla l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport