Wednesday, April 24, 2024

Jum iswed għar-Renju Unit; Kważi elf persuna tmut bil-coronavirus f’24 siegħa

Aqra wkoll

Fl-agħar ġurnata mindu bdiet il-pandemija tal-Covid-19, ir-Renju Unit rreġistrat l-ogħla numru ta’ mwiet f’24 siegħa, bin-numru ta’ vittmi jammontaw għal 980. B’hekk it-total kumplessiv tal-vittmi issa tela’ għal 8,958.

In-numru ta’ każi ġew żvelati wara li konsulent tal-Gvern illum wissa li jaf jgħaddu ġimgħat qabel il-Gvern itaffi ftit mill-miżuri ta’ lockdown imposti fit-23 ta’ Marzu li għadda.

Esperti intant qed jisħqu li għadu wisq kmieni biex wieħed jara l-effett tal-lockdown. Fl-istess waqt ilbieraħ konsulenti tal-Gvern qalu wkoll li s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa għadu qed ikampa mas-sitwazzjoni attwali u għad hemm sodod vojta ft-taqsimiet ta’ kura intensiva.

Sport