Sunday, October 27, 2024

It-terrorist li darab seba’ persuni fi New Zealand daħal bħala immigrant 10 snin ilu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-terrorist li ta daqqiet ta’ sikkina lil ħames persuni fi stabbiliment fi New Zealand ġie identifikat bħala Ahamed Samsudeen.

Ir-raġel ta’ 32 sena li qed ikun allegat li għandu konnessjonijiet mal-grupp Iżlamiku, daħal f’ħanut tal-merċa u beda jagħjat “Allahu akbar”; frażi li fl-Iżlam tfisser alla u kbir.

Il-Pulizija ġiet mgħarrfa bl-aggressur u intervjeniet wara madwar biss 60 sekonda mill-mument li fih Samsudeen qabad sikkina tal-kċina minn fuq l-ixkaffa.

Il-fatt li l-aggressur wettaq dan l-attakk wassal għal tħassib dwar il-liġijiet kontra t-terroriżmu fil-pajjiż u n-nuqqas t’abbilità biex il-pubbliku jinżamm sigur. Dan hekk kif Samsudeen kien għadu kif skonta sentenza ta’ ħabs aktar kmieni din is-sena stess.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern ammettiet li l-aggressur kien magħruf mal-awtoritajiet bħala wieħed mill-aktar estremisti vjolenti u perikolużi fil-pajjiż.

Samsudeen wasal fi New Zealand 10 snin ilu bħala refuġjat Musulman mis-Sri Lanka u spiċċa mċappas mal-pulizija fl-2016 meta beda juri sapport lejn attakki terroristiċi fuq il-midja soċjali.

Is-sena ta’ wara huwa kien arrestat fl-ajruport ta’ Auckland meta nstab fil-pussess ta’ sikkina fi triqtu lejn is-Sirja.

Fl-2018 huwa kien arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ żewġ filmati tal-ISIS.

Fl-aħħar xhur minkejja li hu kien ta’ theddida għas-sigurtà tan-nies, il-Qorti ordnat li jitħalla jirriabilità ruħu u b’hekk talbet li jkun mgħasses, filwaqt li trojbitlu li jkollu xi forma ta’ apparat li jista’ jaċċessa l-internet minnu.

Madwar 30 uffiċjal kienu parti minn din l-għassa, iżda dak li ġara fl-aħħar sigħat xejn ma’ jagħtihom ġieħ. 

Intant skont rapporti, żewġ bejjiegħa oħra sfaw midrubin f’dan l-attakk sakemm l-uffiċjali intervjenew u sparaw mill-anqas 10 tiri u ħallew lil Samsudeen mejjet fil-post.

Tlieta minn dawk midrubin jinsabu f’qagħda kritika, tlieta oħra jinsabu f’qagħda stabbli u s-seba’ persuna tinsab rikoverata f’darha stess. L-iżgħar minn fosthom kienet mara ta’ 29 sena filwaqt li l-akbar persuna kienet pensjonanta ta’ 77 sena.

Arden qalet li l-MPs kienu viċin emendi leġiżlattivi meta seħħ l-attakk u wiegħdet li se jkun hemm tibdil fil-liġijiet sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Sport