Sunday, December 22, 2024

It-tfal fl-iskejjel mistiedna jfasslu l-kartolina tal-Milied li se jibgħat l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aqra wkoll

Din is-sena l-istudenti fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex huma mistiedna jiddisinjaw kartolina tal-Milied b’messaġġ biex imbagħad jintgħażlu l-kartolini uffiċjali li se jkun qed jibgħat l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala awguri għall-festi.

Dr Lydia Abela, li ħabbret din l-inizjattiva fost l-iskejjel, ħeġġet lit-tfal bejn l-erba’ snin u t-tnax-il sena biex jipparteċipaw. “Kartolina b’messaġġ hija rigal mill-isbaħ”, sostniet Dr Abela hi u tirrimarka li t-tfal qed jerġgħu jiġu fdati biex ikunu l-artisti tal-kartolini maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. “Irridu ninvolvu kemm jista’ jkun tfal f’dan il-ġest tant sabiħ li jġib il-ferħ”, sostniet mart il-Prim Ministru.

Kull skola parteċipi se tkun qed tagħżel hi żewġ kartolini b’disinn u messaġġ minn kategoriji ta’ etajiet differenti, imbagħad bord tal-għażla mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti se jagħżel il-kartolini uffiċjali għal dan il-Milied minn fost is-sottomissjonijiet mill-iskejjel. Għar-rebbieħa hemm premjijiet bħal riżorsi għall-arti, biljetti għall-festival ta’ Żigużajg u l-istaġun 2023/2024 ta’ Spazju Kreattiv.

Is-sottomissjonijiet tal-kartolini quddiem il-Kunsill Malti għall-Arti mbagħad se jiġu esebiti fi Spazju Kreattiv. Is-sottomissjonijiet mill-iskejjel iridu jintbagħtu għand il-Kunsill Malti għall-Arti sal-1 ta’ Diċembru u skont kriterji mibgħuta lill-iskejjel.

Ekonomija

Sport