Saturday, November 16, 2024

It-tfittxija għall-paċi f’Gaza waslet fi stadju kritiku

Aqra wkoll

Wara xhur ta’ staġnar, it-tfittxija għall-paċi f’Gaża waslet fi stadju kritiku. Dan hekk kif l-Kap tan-Nazzjonijiet Unti, Antonio Guterres qed jgħid li bħalissa huwa mument deċiżiv għall-poplu Palestinjan u Iżraeljan u għad-destin tar-reġjun kollu”

Midja internazzjonali irrapurtat li jidher li hemm bażi komuni bejn il-biċċa l-kbira tan-naħat dwar il-prinċipji, fosthom dik tal-waqfien mill-ġlied flimkien mal-ħelsien tal-ostaġġi Iżraeljani u l-priġunieri Palestinjani. F’dan r-rigward, tfasslu diversi abbozzi ta’ ftehim, li jistabbilixxu proċess kumpless ta’ kif se jaħdem kollu.

Madanakollu, xorta hemm xi nuqqas ta’ qbil dwar id-dettalj ta’ x’għandu jiġri, lil min, meta u f’liema ordni. Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali Iżraeljani qed jgħidu, pereżempju, li s-suldati nisagħandhom jinħelsu aktar kmieni milli kien previst.

Il-kliem tal-bidu tal-abbozz tal-ftehim , li huwa appoġġjat mill-Hamas, jiddikjara li għandu jkun hemm waqfien temporanju tal-operazzjonijiet militari bejn iż-żewġ partijiet.

Fi stqarrija, il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qal li l-Iżrael mhux se jħalli lill- Hamas jaħkem fl-Istrixxa ta’ Gaża. Dan għaliex, skontu l-Iżrael ma tkunx iktar kapaċi trrestawra l-kapaċitajiet militari.

Fi kliem ieħor, il-gvern ta’ Iżrael irid id-dritt li jkompli jieħu l-ġlieda tal-Hamas fit-tul. Minkejja li l-Iżrael irid dan kollu, il-Hamas irid waqfien mill-ġlied permanenti.

Ekonomija

Sport