Tuesday, May 14, 2024

It-tielet inċident bil-mutur f’inqas minn 24 siegħa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fix-Xatt ta’ Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema. 

Skont investigazzjonijiet illi saru rriżulta li raġel ta’ 47 sena li jgħix is-Siġġiewi kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Intant aktar kmieni dalgħodu seħħew żewġt inċidenti oħra bl-ewwel wieħed iseħħ fis-00:45 a.m bejn Kia Sportage u mutur Honda. Is-sewwieq tal-mutur kien raġel ta’ 52 sena residenti n-Naxxar. F’inċident separat li seħħ għall-ħabta tat-8:15 a.m, raġel ta’ 41 sena residenti l-Gżira weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki u waqa’. Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin. 

Sport