Sunday, December 22, 2024

It-tifel ta’ Joe Biden jaffaċċja akkużi dwar evażjoni ta’ taxxa

Aqra wkoll

Il-Prosekuturi ressqu akkużi dwar taxxa fil-konfront ta’ Hunter Biden, li jiġi t-tifel tal-President Joe Biden. L-Att tal-Akkuża tgħid li huwa allegatament ippjana sabiex jevadi minn tal-inqas $1.4 miljun f’taxxi federali bejn l-2016 u l-2019.

Dan kien it-tieni każ kriminali li nfetaħ kontra Hunter Biden fl-aħħar xhur wara li f’Settembru li għadda huwa affaċċja akkużi relatati maż-żamma ta’ arma tan-nar, fejn wieġeb mhux ħati.

Il-White House għażlet li ma tikkummentax dwar l-akkużi l-ġodda li ġew ippreżentati l-Ħamis filgħaxija. F’każ ta’ ħtija f’dan l-aħħar każ, Hunter Biden jista’ jiġi kkundannat sa 17-il sena ħabs. 

L-Avukat ta’ Hunter Biden, Abbe Lowell, irrisponda għal dawn l-akkużi billi qal “li kieku l-kunjom ta’ Hunter kien xi ħaġa oħra minflok Biden, l-akkużi f’Delware u issa f’Kalifornja, ma kinux jitressqu.” 

Hunter Biden kien ħallas it-taxxi u l-multi kollha imposti fuqu fl-2020 – anke bl-għajnuna ta’ self mingħand l-avukat personali tiegħu. Sadanittant, fl-Att tal-Akkuża hemm elenkat b’mod ċar fiex nefaq il-flus Hunter Biden. 

Ekonomija

Sport