Monday, January 20, 2025

It-tim nazzjonali tal-Veterani b’rebħa kbira fuq Schilwolde VV SGV

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-veterani kiseb rebħa kbira ta’ 11-1 kontra t-tim Olandiż ta’ Schilwolde VV SGV f’logħba li ntlagħbet fiċ-Charles Abela Stadium.

Il-Maltin iddominaw din il-partita u sa tmiem l-ewwel taqsima kienu qed jirbħu 5-1.

Jean Pierre Mifsud Triganza skorja ħames gowls filwaqt li Ian Zammit kien awtur ta’ tripletta. Andre Scicluna, Steven Bonnici u Daniel Cremona għaqqdu l-ħdax-il gowl għall-Veterani Maltin.

Schilwolde, tim viċin il-belt ta’ Groningen, skorjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Nick Gankema.

Referee kien Gordon Barbara.

L-impenn li jmisshom il-Maltin se jkun fil-15 ta’ Frar li ġej meta jilagħbu kontra TSOF 2012 Athens.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport