Sunday, December 22, 2024

It-Turkija tintlaqat minn terremot … sa issa ma kien hemm ebda rapporti ta’ ħsarat jew diżgrazzji

Aqra wkoll

Terremot ta’ qawwa 6.1 laqat l-Lvant tat-Turkija nhar il-Erbgħa. Dan ġie kkonfermat miċ-Ċentru Seismoloġiku tal-Mediterran Ewropew (EMSC), liema terremot seħħħ f’fond ta’ disa’ kilometri.

Sa issa għad ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ xi ħsarat estensivi fil-bini jew inkella li kawża tal-istess terremot, hemm xi persuni midruba jew maqbuda. F’kumment li ta lill-midja, is-sindku ta’ Malatya, Sami Er qal li fuq il-post hemm diversi uffiċjali li qed jivvalutaw xi ħsarat possibbli f’żoni aktar remoti.

L-aħħar terremot li laqat lit-Turkija kien fi Frar tas-sena l-oħra, kien dak ta’ bejn it-Turkija u s-Sirja. Uffiċjali u tobba kienu rrappurtaw li mietu mad-9,057 persuna fit-Turkija u 2,992 persuna fis-Sirja.

Ekonomija

Sport