Tuesday, November 12, 2024

Mużika Mużika: 30 kanzunetta mħabbra għall-fażi li jmiss

Aqra wkoll

Fis-27 ta’ Settembru Festivals Malta għalaq is-sottomissjonijiet għall-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika li ser issir bejn is-27 u d-29 ta’ Marzu 2025. Bħal kull sena, l-applikazzjonijiet għal dan il-festival prestiġjuż kienu numerużi u ta’ livell għoli, b’rispons pożittiv mill-artisti, il-kompożituri, u l-awturi. 

Bħala parti mill-ewwel fażi ta’ preparamenti ta’ Mużika Mużika, ġew iġġudikati l-kanzunetti kollha sottomessi minn membri tal-ġurija fil-preżenza tan-nutar tal-gvern fejn minnhom intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta.

Dawn il-kanzunetti se jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn se jiġu interpretati live quddiem membri tal-ġurija differenti. Minn hemm se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finali li se jiġu ppreżentati f’Marzu li ġej.


It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta): 

  • Aħjar
  • Festa
  • Filgħodu
  • Fuq!
  • Ġenna Fl-Art
  • Għadna Ngħoddu 
  • Għannaqtek
  • Għatxan
  • Ħsibijiet
  • Inħobbok Wisq 
  • Int Kollox Għalija
  • Intbaħt
  • Jekk Forsi
  • Jista’ Jkun 
  • Jum Wara Jum 
  • L-Aħħar Jum 
  • L-Imħabba Verità
  • Ma Nafx
  • Mill-Qalb
  • Narak Illejla
  • Nerġa’ Nqum 
  • Nibqa’ Ħdejk 
  • Perfett
  • Sabutaġġ
  • Stajna Konna Aħna
  • Stennieni Ġej
  • Supereroj **
  • Tagħna t-Tnejn 
  • Tiegħek Jien
  • Żerniq

Festivals Malta flimkien mal-bord ta’ Mużika Mużika jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom għall-ħames edizzjoni tal-festival. Aktar informazzjoni marbuta mal-live auditions ser tintbagħat lill-parteċipanti kkonċernati fil-jiem li ġejjin. 

** Peress li kien hemm aktar minn kanzunetta waħda bl-isem ta’ ‘Supereroj’, nikkjarifikaw li l-kanzunetta li għaddiet għall-fażi li jmiss hija tal-kumpożitur Glen Vella. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport