Saturday, August 22, 2026
Home Kultura It-twelid dari u llum… ‘kemm kienu jmutu trabi jaħasra’

It-twelid dari u llum… ‘kemm kienu jmutu trabi jaħasra’

0
85

Banni bannozzi, 

Ġej it-Tata ġej

Bil-pastizzi u bil-ħabbtejn,

Kollox għal Kieli

U lin-nanna

Ma ntuha xejn.

Min jaf kemm kienu jgħiduhielna meta konna żgħar. Illum inqatgħet. Fl-aħħar jiem kelli diskursata ma’ Ġanni, llum mgħobbi sew biż-żmien dwar it-trabi u t-twelid fl-imgħoddi. Ġanni ma joqgħodx jimgħodha u mill-ewwel jibda kemm kienu jmutu tfal żgħar tat-twelid. Dan minħabba l-ambjent li kmenu jgħixu fih u anke miħabba l-fatt s-servizzi ta-saħħa ma kinux dawk li għandna llum. 

U kif Ġanni jibda jsemmi l-imwiet jitkellem fuq Karmena. Ikun pront iġibli gazzetta li fiha kienet tat intervista. Minn 17-il tarbija li kellha għexulha biss ħamsa.

“Iż-żmien kien differenti” jgħidli Ġanni. “Kien hawn nuqqas kbar. L-isptar ma kienx bħal lum. Illum itunu ħafna kura, għax avvanzat il-mediċina. Qabel kien differenti. Min jaf kemm mietu tfal, li llum isalvawhom b’mod faċli kieku. Ma kienx ikun hawn familja, li ma tilfitx xi tarbija”, jisħaq Ġanni.

L-istorja ta’ Karmena u Salvu… ’ma kellniex min jiftħilna għajnejna’

Karmena kienet tgħid b’mod ċar u tond li “jiddispjaċini li dari ma kellniex min jiftħilna għajnejna. Kelli sbatax-il tarbija u għexu biss ħamsa. Kien żmien fejn il-paga kienet ftit u t-tfal kienu ħafna. Kull ħdax-il xahar kien ikolli tarbija. Jien nammira l-familji żgħażagħ ta’ llum, imma għandhom vantaġġ kbir fuqna, għax aħna ma kellna lil ħadd min jiftħilna għajnejna. Illum tgħallmu l-iskola. Hawn min jiftaħlek għajnejk. Aħna ma kellna xejn. Infittxu nmorru naħdmu biex naqilgħu xi ħaġa għall-familja”. 

Ġanni jgħidli li Karmena kienet iddikjarat dan f’intervista li għamlet, u kien pront għaddieli l-gazzetta li kellu f’idejh ta’ lewn kanella minħabba li għadda ammonta sew ta’ żmien minn fuqha.

Kien ingħad li Karmena fi xbubitha qatt ma ħalliet ix-xtut tagħna bl-azzarin biex tiġġieled fil-gwerer, ħasset l-effetti kollha ta’ dawk iż-żminjiet u biex sabet il-biċċa ħobż għal ommha, missierha u ħutha u iżjed tard għal uliedha, meddet għonqha għal kull xorta ta’ xogħol skabruż fosthom ħasil ta’ ħwejjeġ biex taqla xi ħaġa.”

U fl-imgħoddi it-twelid ma kienx isir fl-isptar.  “Il-maġġoranza tat-twelid kien isir fid-djar. L-omm kienet tkun imdawwra bil-familja tagħha, tkun komda, ħafna drabi d-dar ikollha l-post adattat fejn twelled. L-anzjani ta’ llum ħafna minnhom għadhom jiftakru l-majjistral tiġi d-dar biex tassisti fit-twelid.”

Storja sħiħa tal-koppja Karmena u Salvu f’IT-TORĊA ta’ għada. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here