Saturday, December 21, 2024

IT-TWETTIQ TAL-BAĠIT

Aqra wkoll

Meta nitkellmu fuq il-baġits li jsiru, ħafna drabi nintilfu fuq id-dettalji li jkunu inħarġu dak inhar li jitħabbar. DetaljI marbutin ma’ benefiċċji jew deċiżjonijiet oħra li jkun se jieħu l-pajjiż. Deċiżjonijiet li ovvjament b’mod jew b’ieħor ikunu se jolqtu sezzjonijiet sħaħ tal-poplu. Wieħed iżda m’għandux jara dan biss. Hemm punt ieħor li wieħed irid janalizza. Minn dak li jkun tħabbar kemm twettaq minnu? Din hi domanda li ħafna drabi ma ssirx jew ma ssirx biżżejjed. Hi mistoqsija importanti għax importanti tħabbar proġetti u miżuri jekk imbagħad għal xi raġun jew oħra ma jitwettqux.

Hu fatt pożittiv li mill-baġit għas-sena 2024, twettqu 84 fil-mija tal-miżuri. Dan ifisser li l-parti l-kbira ta’ dak imħabbar twettaq. Hu raġunat ukoll li jkun hemm miżuri jew proġetti li sa sena wara ma jkunux tlestew jew għadhom ma ġewx implimentati kollha kemm huma.

Hu fatt pożittiv li mhux biss nisimgħu li twettqet il-parti l-kbir tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2024 imma rajna ukoll li kien hemm titjib fl-istess implimentazzjoni. Kien hemm żmien meta dak imħabbar ħafna minnu jibqa’ għaddej fl-arja. Nibqgħu nisimgħu bih sena wara sena f’baġit oħrajn imma ma jitwettaqx.
Fejn tidħol l-implimentazzjoni b’mod pożittiv ħafna rajna li l-implimentazzjoni tjiebet mis-sena ta’ Qabel. Kien hemm titjib ta’ 3 fil-mija.

Irridu nirrimarkaw li għas-sena 2024 kien hemm aktar minn 400 miżura fil-baġit. Jekk tqabbel il-miżuri mas-sena ta’ qabel issib li kien hemm 100 miżura aktar. Il-fatt li l-implimentazzjoni laħqet it-84 fil-mija juri ħidma sfida. Ħidma li ma tivolvix biss dipartiment jew direttorat wieħed. Tinvolvi gvern sħiħ u għalhekk implimentazzjoni li hi aħjar, tfisser li hemm kordinament aħjar bejn direttorati u ministeri.

U biex wieħed jieħu ħjiel żgħir ta’ xi twettaq, tajjeb iżomm f’moħħu li kellu għadd ta’ proġetti infrastrutturali, bżonnjużi għad-dinja li qegħdin ngħixu fiha llum bħat-tlestija ta’ skola li hi kompletament ‘carbon neutral’. Kellek għotja t’a €500 lil kull familj fejn uliedhom ikomplu bl-edukazzjoni wara li jgħalqu l-16-il sena.
Ma’ dan, għandek l-investiment qawwi u bla preċedent fil-qasam tas-saħħa. Investiment f’tagħmir ġdid, żieda fil-mediċini b’xejn, titjib u investiment ġdid f’ċentri tas-saħħa.

Fil-qasam tax-xogħol kien hemm ir-riforma importanti tar-regolarizzazzjoni tal-aġenziji tat-temping u outsourcing biex dawn il-ħaddiema jkollhom ħlasijiet u drittijiet ugwali għal ħaddiema oħra.

Implimentazzjoni u ħidma qawwija li warajha kien hemm għadd ta’ ħaddiema. Fuq kollox hi implimentazzjoni xprunata mill-ħidma tal-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, li jfassal il-baġit li l-għan tiegħu ikun li jnindirizza l-bżonnijiet u l-isfidi tal-familji Maltin u Għawdxin.

Ekonomija

Sport