Wednesday, August 12, 2026
Home Fehmietna PAJJIŻNA GĦANDU ЈKUN RISPETTAT MINN KULĦADD

PAJJIŻNA GĦANDU ЈKUN RISPETTAT MINN KULĦADD

0
8

Pajjiżna huwa magħruf għall-ospitalità tiegħu. Huwa magħruf ukoll għall-istorja rikka tiegħu, għall-kultura, il-wirt kulturali u dak kollu li aħna mogħnija bih inkluż b’patrimonju nazzjonali imprezzabbli. Dan kollu jagħmilna distinti minn pajjiżi oħra. 

L-elementi kollha li jsawru dawn il-gżejjer qegħdin ukoll jattiraw aktar u aktar turisti lejn pajjiżna. U fil-fatt kull sena qed jinkiser rekord wara l-ieħor f’dak li jirrigwardja t-turiżmu f’Malta. Għalhekk, it-turiżmu jibqa’ parti importanti mill-ekonomija ta’ pajjiżna, u kull viżitatur għandu jkun milqugħ b’rispett u b’ospitalità. 

Iżda min-naħa l-oħra, nemmnu li dik l-ospitalità bħala karatteristika ewlenija tas-soċjetà tagħna ġġib magħha wkoll ċertu obbligi minn min ikun mistieden ġewwa pajjiżna. Wieħed għalhekk jistenna li min iżur Malta, jirrispetta lil pajjiżna bl-istess mod kif jistenna li pajjiżu jiġi rispettat. Wara kollox, it-turist għandu wkoll jirrispetta l-liġijiet ta’ dan il-pajjiż li qiegħed jilqgħu.

Fil-ġimgħat li għaddew rajna tiġi introdotta miżura li kienet mistennija ferm dik li jinħarġu multi li jitħallsu immedjamtament fuq il-post minn persuni li mhumiex residenti f’Malta. U r-riżultati bdew jidhru, fejn diġà ngħataw aktar minn 500 multa fuq il-post u minnnhom tħallsu 95%. Dawn il-multi jkopru reati minuri u kontravenzjonijiet. 

Għalhekk, nemmnu li l-miżura tal-‘on-the-spot fines’ għal min jinqabad iwettaq reati differenti fosthom ta’ vandaliżmu jew rimi ta’ skart illegali għandha sservi bħala twissija ċara li tali mġiba irresponsabbli mhux se tiġi tollerata. 

Hija wkoll għodda ġdida, kif ġie nnutat ukoll mill-Prim Ministru Robert Abela, li għandha deterrent importanti ħafna biex dak li jkun jaħsibha darbtejn qabel iwettaq xi forma ta’ reat għax jaf kemm se tkun drastika l-konsegwenza. 

Dan għaliex minbarra li rdoppjat il-penali minima tal-multi fuq il-post, b’avviż legali ġdid, min se jaqa’ multa ta’ €200 jew aktar, dak il-każ jista’ jiġi riferut lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni u jekk jara li l-aġir tal-persuna konċernata titqies bħala periklu għas-sigurtà ta’ pajjiżna, jista’ jordna t-tneħħija tal-persuna minn Malta qabel tintemm il-btala tiegħu.

Huwa għalhekk importanti li kull min jasal f’pajjiżna jifhem li l-postijiet li jżur mhumiex sempliċement sfond għal ritratt jew post fejn wieħed jista’ jagħmel dak li jrid. Huma parti mill-identità tagħna.

L-appell għalhekk huwa wieħed ċar: ejjew ingawdu Malta, imma b’rispett. It-turisti huma mistiedna jżuru postiјiet mill-isbaħ f’paјјiżna, iżda fl-istess waqt għandhom ikunu konxji li l-libertà li wieħed igawdi pajjiż ma tfissirx libertà li wieħed jagħmel ħsara.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here