Sunday, October 27, 2024

Ivan Woods inaqqas l-iskwadra Maltija għal 22 player

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti U21 Ivan Woods naqqas l-iskwadra tiegħu minn 30 player għal-lista finali ta’ 22 player qabel il-partiti li ġejjin f’din it-tieqa internazzjonali ta’ Settembru.

Il-lista ta’ plejers tinkludi plejers ġodda f’dan il-grupp tal-U21, bħal Hugo Sacco, Mattias Ellul, Jake Vassallo, Jake Micallef, Andy Borg, Ben Hili, Basil Tuma, u Brooklyn Borg, kollha eċċellaw fit-Tournament Finali tal-UEFA U19 riċenti, li ttella’ b’suċċess f’Malta aktar kmieni dan is-sajf.

Dawn ħafna issa għamlu l-pass ‘il fuq u se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżhom fit-Tim Nazzjonali tal-U21 biex b’hekk se jkunu qed jibdew vjaġġ ġdid fil-karriera tagħhom.

Malta tibda l-impenji tagħha fi Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni Ewropea tal-UEFA, bi Spanja l-ewwel avversarju tagħna nhar il-Ġimgħa, segwiti mill-Ungerija nhar it-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla.

Iż-żewġ logħbiet f’din it-tieqa ta’ Settembru għat-Tim Nazzjonali Malti Under21 Team huma skedati li jintlagħbu fit-Tony Bezzina Stadium f’Kordin.

Il-bqija tat-timijiet li jiffurmaw dan il-Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA U21 huma l-Belġju, l-Iskozja, u l-Kazakhstan.

Intant, Floriana FC bi tliet players huma l-aktar tim lokali rappreżentat f’din l-iskwadra finali, li fiha wkoll erba’ players ibbażati barra minn xtutna.

Dawn huma l-goalkeeper Hugo Sacco li jilgħab ma’ New Mexico University, Jake Micallef li jirrappreżenta lit-tim Portugiż Boavista, Basil Tuma l-attakkant żagħżugħ b’talent ta’ Reading fil-League One fl-Ingilterra, flimkien ma’ Andrea Zammit, attakkant żagħżugħ u promettenti li għadu kemm imbarka u ffirma kuntratt biex jilgħab mat-tim Sqalli ACR Messina, li jikkompeti fis-Serie C Taljana fl-istaġun domestiku li jmiss.

Skwadra Finali ta’ Malta U21 ta’ 22 player:

Goalkeepers – Reeves Cini (Pieta’ Hotspurs), Matthias Debono (Naxxar Lions), Hugo Sacco (Eastern New Mexico University).

Difensuri – Matthew Ellul (Zabbar SP), Zean Leonardi (Pieta’ Hotspurs FC), Mattias Ellul (Santa Lucia FC), Owen Spiteri (Floriana FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Karl Mohnani (Melita FC).

Midfielders – Jake Micallef (Boavista FC), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Andy Borg (Gżira United FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC), Aleadro Garzia (Floriana FC), Benjamin Hili (Balzan FC), Nikolai Micallef (Naxxar). Lions FC).

Attakkanti – Jamie Carbone (Santa Lucia FC), Basil Tuma (Reading FC), Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (ACR Messina), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Brooklyn Borg (Gżira United FC).

Sport