Monday, April 29, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena u residenti l-Fgura, għall-ħabta tas-7.30am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Bella Vista, San Ġwann.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Super Soco, tilef il-kontroll u waqa’ .

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat liweġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport