Saturday, November 23, 2024

IŻ-ŻIEDA FIL-POPOLAZZJONI

Aqra wkoll

Statistika li kienet ippubblikata riċentament mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet kif il-popolazzjoni f’Malta s-sena li għaddiet kienet tlaħħaq il-563,44 persuna. Dan ifisser żieda ta’ 3.9% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Din iż-żieda fil-popolazzjoni bla dubju ġabet magħha sfidi ġodda u
li qabel ma kinux jeżistu. Fost dawn il-pressjoni fuq l-infrastruttura u ssistemi l-oħra kollha nkluż dak tassaħħa, tal-edukazzjoni u l-qasam
soċjali.

Madankollu, aspett ieħor li jista’ jkun qed jiġi injorat huwa dak demografiku. Bħal kważi l-pajjiżi kollha fil-kontinent Ewropew, il-popolazzjoni Maltija qed tixjieħ b’rata aktar mgħaġġla mit-twelidijiet.

Dan il-fattur, jekk mhux illum, fil-ġejjieni qarib se jħalli konsegwenzi serji fuq is-soċjetà Maltija u l-benesseri tagħha. Ma nistgħux ukoll ma nsemmux
kif statistika tal-Eurostat kienet uriet li Malta għandha l-inqas ta’ fertilità fl-UE.

Dan ifisser ukoll li fil-futur mhux imbiegħed, jekk ir-rata ta’ fertilità se tibqa’ baxxa ħafna kif inhi f’pajjiżna, limkien mal-fatt li n-nies qed jgħixu aktar, jista’ jkun hawn aktar anzjani milli ħaddiema bie isostnu t-tkabbir tal-ġid nazzjonali u l-firxa wiesa ta’ benefiċċji soċjali.

Iż-żieda fil-popolazzjoni fil-parti l-kbira tagħha hija fil-konsegwenza tat-tkabbir ekonomiku mgħaġġel li ilu jesperjenza pajjiżna. Biex jiġi assigurat li ma jitħallhiex jidħol kulħadd partikolarment minn pajjiżi terzi, il-ħaddiema li se jinġiebu jrid ikollhom prova tal-ħiliet tagħhom fosthom l-iskill card.

Huwa koll minnu li l-isfidi ħafna drabi jiddawru f’opportunitajiet imma għandna għax nifhmu li dan mhux biżżejjed imma jeħtieġ li ssir aktar ħidma biex pajjiżna jkampa maż-żieda fil-popolazzjoni u dan fil-kuntest li
pajjiżna huwa wieħed mill-aktar popolati għad-daqs tiegħu.

Fil-kuntest ta’ dan kollu, nemmnu li jeħtieġu aktar pjanijiet immirati li jtejbu faxex differenti tas-soċjetà tagħna biex jibqa’ jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar irrispettivament minn kemm tkun żdiedet il-popolazzjoni.

B’danakollu, il-Gvern qed ikun proattiv u jaġixxi minnufih biex kemm jista’ jkun jilqa’ għal dawn l-isfidi. Iżda dan kollu huwa biżżejjed? Qatt mhu biżżejjed għax id-dinamiċità, id-diversità u l-insularità tal-popolazzjoni Maltija titlob għal aktar studju u riċerka fuq kif qed tevolvi s-soċjetà lokali.

Sfida ġġib oħra. Għalhekk irridu nibqgħu nħarsu ‘l quddiem għal aktar impenn biex jintlaħaq il-bilanċ bejn dak li huwa meħtieġ u dak attwali.

Sport