Tuesday, May 14, 2024

Iż-żjara ta’ Angelina Jolie fl-Ukrajna mxekkla minn theddida imminenti ta’ attakk b’rokits

Aqra wkoll

Waqt li kienet qiegħda żżur il-belt ta’ Lviv ġewwa l-Ukrajna, l-istilla ta’ Hollywood Angelina Jolie kellha tittieħed b’emerġenza lejn post sigur hekk kif f’daqqa waħda bdew jinstemgħu s-sireni li indikaw li fuq din il-belt kien hemm twissija ta’ attakk imminenti minn rokits.

Filmat li ġie mxandar fuq il-midja juri lil Jolie timxi b’pass mgħaġġel imdawra qalb it-tim tagħha u fl-isfond kienu qed jinstemgħu wkoll sireni li kienu qed iwissu dwar attakk imminenti. 

Hekk kif dan il-grupp kien qiegħed jiġi ffilmajt, membru tat-tim ta’ Jolie daret lejn il-kamera u qalet, “jekk jogħġbok daqshekk”. Min-naħa tagħha Jolie wkoll ħarset lejn il-kamera u qalet “jiena owkej”. 

Jolie ħadmet għal numru ta’ snin bħala mibgħut speċjali għall-Aġenzija tar-Refuġjati fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, iżda l-għan prinċipali taż-żjara ġewwa l-Ukrana għadu mhux magħruf.

Sport