Monday, December 9, 2024

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’pajjiżna posposta minħabba l-pandemija tal-coronavirus

Aqra wkoll

Iż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta ġiet posposta kaġun tal-pandemija tal-coronavirus. Dan tħabbar mill-kurja tal-Arċisqof.

L-istqarrija tgħid li “minħabba s-sitwazzjoni kurrenti fid-dinja, u bi qbil mal-awtoritajiet u l-Knisja Kattolika tal-pajjiż, iż-żjara appostolika tal-Papa Franġisku f’Malta u Għawdex ġiet posposta. Id-data taż-żjara se tkun qed tiġi determinata aktar ’il quddiem.”

l-isqfijiet ħeġġew lill-Kattoliċi biex iżommu lill-Papa Franġisku fit-talb tagħhom.

Iż-żjara tal-Papa kienet mistennija li tiżvolġi fit-30 u l-31 ta’ Mejju. Dan wara li oriġinarjament iż-żjara kienet li tiżvolġi fuq ġurnata.

Kienu diġà żvolġew diversi laqgħat fir-rigward tal-preparazzjonijiet ta’ din iż-żjara qabel ma eventwalment faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus.

Il-Papa kien mistenni li jasal f’pajjiżna is-Sint 30 ta’ Mejju waranofsinhar, u dakinhar stess kien se jżur lil Għawdex fejn kien mistenni li jżur is-santwarju Ta’ Pinu.

Ekonomija

Sport