L-armata Iżraelita ammettiet li kien żball li sparat u qatlet 15-il ħaddiem tal-Emerġenza f’Gaża fit-23 ta’ Marzu li għadda.
Il-Ħaddiema impegati tas-Soċjetà Palestinian Red Crescent kienu għaddejjin f’konvoj li kien fih kien hemm ambulanzi, karrozzi tal-Ġnus Magħquda u anke trakk tat-tifi tan-nar li hu proprjetà tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Gaża.
Għall-ewwel Iżrael qal li hu spara fuq il-konvoj għax kien jidher suspettuż minħabba li lanqas dwal ma kellhom, kif ukoll ma talbu l-ebda permess mill-armata Iżraelita biex jgħaddu mill-inħawi.
Iżda filmati li xxandru fuq il-midja soċjali wrew mod ieħor u hekk kif kull karozza fil-konvoj kellha d-dawl u anke jidher li kienu talbu l-permessi kollha.
Fl-istqarrija li ħareġ il-Ministru tad-Difiża Iżraelit filwaqt li ammetta li dan kien żball, xorta nsista li informazzjoni li għandhom jidher li sitt infermieri li kien hemm fil-konvoj għandhom konnessjonijiet mal-grupp Ħamas, iżda naqas milli jressaq xi provi għandhom ta’ dan. L-istqarrija tgħid li l-persuni maqtulin ma kienux armati.