Friday, December 27, 2024

Iżreal iwettaq attakk fuq il-Libanu

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, il-forzi Iżrealjani wettqu attakk mill-ajru fuq il-belt ta’ Khyiam fil-Libanu fejn mill-inqas persuna waħda ġiet maqtulha.

Il-Ministr tas-Saħħa tal-Libanu f’kummenti lill-midja internazzjonali qal li sensiela ta’ attakki mill-ajru mill-forzi Iżraeljani laqtu l-belt ta’ Khyiam fejn fost l-oħrajn laqtu karozza li fiha nqatel is-sewwieq.

Ma’ dan żewġ persuni Sirjani wkoll spiċċaw midrubin li ttieħdu fl-qereb sptar fejn qegħdin jingħataw il-kura.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Iżrealit Benjamin Netanyahu qabel ma beda laqgħat tal-Kabinett tas-Sigurtà Nazzjonali qal li “dawk kollha li b’xi mod weġġgħu lil Iżreal, aħna se nweġġewhom lura.”

“Se nkunu qegħdin nagħmlu dak kollu posibbli biex nipproteġu lill-pajjiżna. Biex ir-residenti jmorru lura lejn djarhom mingħajr biża’ li xi ħadd se jwettaq attakk fuqna,” qal il-Prim Ministru Netanyahu.

Qal li l-militar Iżrealit wettaq attakk biex ineħħi kull theddida li jista’ jkun hemm fost l-oħrajn perparazzjoni ta’ attakki mill-Hezbollah biex jattakaw Iżreal.

Ekonomija

Sport