Wednesday, August 19, 2026
Home Internazzjonali “Iżżewwiġt fis-1.00pm… Sat-8.00pm kont erġajt single”

“Iżżewwiġt fis-1.00pm… Sat-8.00pm kont erġajt single”

0
2

“Iżżewwiġt fis-1.00pm u sat-8.00pm kont digà single”. Hekk stqarr raġel mal-midja Ingliża dwar l-esperjenza tiegħu wara li kien “joħlom” li kien se jkun kuntent fiż-żwieġ.

Dan il-każ seħħ fir-Renju Unit.

Ġie rraportat li waqt ir-riċeviment tat-tieġ, l-għarusa kienet il-ħin kollu bil-mobile f’idejha tibgħat lil xi ħadd ieħor. Għall-ewwel ma tax każ għax ħaseb li kienet qiegħda tibgħat xi ritratti lil ħbieb tagħha li setgħu kienu fit-tieġ stess.

Iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin il-mara bdiet tixrob ħafna tant li sikret. Kien hawn li ma kinitx għadha tirrispondi l-mobile, iżda l-għarus innota li l-messaġġi baqgħu deħlin.

Jgħid li qabad il-mobile tagħha u fetħu biex jara dawn il-messaġġi kollha min kien qiegħed jibgħathom. Induna li tul it-tieġ kollu, l-għarusa kienet qiegħda tibgħat lil raġel ieħor u kien ċar li hija kienet f’relazzjoni miegħu.

Jirrakkonta li hu ddeċieda li jtemm ir-relazzjoni tiegħu mal-mara dak il-ħin stess fejn informa lill-mistiedna li t-tieġ kien spiċċa u hu kien sejjer lura d-dar waħdu għax il-mara kienet qiegħda f’relazzjoni oħra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here