Thursday, April 25, 2024

Jaħrab Sudaniż minn vettura waqt li kienet qed teskortah mill-Qorti għal Kordin

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-5:30 p.m, il-Pulizija kienet qed teskorta Sudaniż ta’ 27 sena mill-Qorti għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Waqt li l-vettura kienet qiegħda fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, is-Sudaniż ta’ s-salt u ħarab minn ġol-vettura. 

Il-Pulizija li kien qed jeskortah, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit jinsabu għaddejjin bit-tfittxija għal din il-persuna.

Sport