Friday, December 27, 2024

“Jalla ħadd ma jgħaddi minn dulur bħal dan”

Missier iż-żewġt aħwa żgħażagħ li nqatlu fl-isparatura tal-West Bank

Aqra wkoll

Mijiet attendew għall-funeral taż-żewġt aħwa tfajliet Ingliżi-Iżraeliti li nqatlu fl-isparatura tal-West Bank, fl-Iżrael, nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Maia ta’ 20 sena u Rina Dee ta’ 15-il sena ngħataw l-aħħar tislima lbieraħ u ndifnu f’ċimiterju f’Kfar Etzion fuq il-West Bank.

Fil-jum tal-funeral, missier Maia u Rina, Rabbi Leo Dee, deher jgħannaq liż-żewġt uliedu l-bniet. Waqt il-funzjoni tal-funeral, emozzjonat għall-aħħar, f’parti mid-diskors tiegħu qal: “Jalla ma jkunx hawn persuna oħra fid-dinja li tgħaddi minn dulur bħal dan”.

L-aggressuri Palestinjani involuti f’dan l-omiċidju, qatlu liż-żewġt aħwa filwaqt li darbu sew lil ommhom ta’ 48 sena. Qabel ma seħħ dan huma kienu qed jivvjaġġaw b’karozza fil-Wied tal-Ġordan. Missierhom, Rabbi Leo Dee, li kien fil-vettura ta’ warajhom, rahom imutu quddiemu.

Ekonomija

Sport