Monday, May 13, 2024

Twissija ta’ virus minn gidma ta’ qurdien

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fir-Renju Unit ħarġet twissija lill-pubbliku dwar periklu li jista’ jirriżulta letali minħabba gidma ta’ qurdien. S’issa f’dan il-pajjiż ġew ikkonfermati tliet każijiet tal-virus li jinxtered mill-qurdien – it-TBEV – iżda minn testijiet li saru fuq qurdien mar-Renju Unit kollu, irriżulta li din il-marda hija mifruxa sew.

Uffiċjali tas-saħħa avżaw li din l-infezzjoni qattiela, għall-ewwel darba, instabet f’diversi żoni u ħeġġu biex kull min jissupetta li ngidem minn qurdien u jħoss sintomi negattivi qawwiija, imur immedjatament għall-kura. It-tliet każijiet ikkonfermati kienu f’Yorkshire, Norfolk u fil-konfini ta’ bejn Hampshire u Dorset. S’issa din il-marda normalment kienet tinstab f’partijiet tal-Ewropa u l-Ażja.

L-esperti qegħdin iwissu li t-TBEV mhijiex se titlaq waħidha u min-naħa tal-uffiċjali tas-saħħa pubblika ħarġet stqarrija li r-riskju huwa baxx imma jkun aħjar li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha.

Dan il-virus normalment jikkawża sintomi ta’ riħ ħafif iżda jista’ jikkawża infezzjoni qawwija fis-sistema nervuża ċentrali bħama jiġri f’każijiet ta’ meninġite u enċefalite.

Sport