L-istilla Ġermaniża Jamal Musiala jinsab ferm viċin li joħloq ftehim ma’ Bayern Munich sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu. Il-plejer ta’ 21 sena qed jispikka ferm fit-tim immexxi minn Vincent Kompany u dan kollu qed iwassal sabiex id-diriġenti mill-Bavarja juru fiduċja fil-kapaċitajiet tiegħu.
Musiala minn dejjem kien ma’ Bayern Munich fejn b’kollox lagħab 122 logħba u skorja 38 gowl. Hu għażel li jirrappreżenta lil Ġermanja u mhux lill-Ingilterra peress li għandu passaport doppju.