Il-midfielder ta’ Everton, James Rodriguez qed jitqies bħala mira potenzjali ta’ trasferiment għal Istanbul Basaksehir.
Minkejja li l-internazzjonali tal-Kolombja ma jidhirx fil-pjanijiet tal-coach il-ġdid Rafael Benitez, it-Toffees ma setgħux isibu club interessat fil-playmaker fil-jiem tal-għeluq tat-trasferimenti tax-xahar li għadda.
Dan ħalla l-possibbiltà li wieħed mill-aktar players li jaqla’ flus fil-club ma jilgħab l-ebda football kompetittiv għall-ewwel parti tal-istaġun.
Madankollu, Istanbul Basaksehir huma interessati li jassiguraw ftehim ta’ self għall- player ta’ 30 sena.
Bit-tieqa tat-trasferimenti Torka ma tagħlaqx aktar tard din il-ġimgħa, Istanbul huma lesti li jaġixxu wara l-bidu ħażin tagħhom fl-istaġun domestiku.