Monday, May 20, 2024

James Ward-Prowse fir-radar ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-manager konfermat ta’ Manchester United, Erik Ten Hag, huwa ħerqan li jġib lill-midfielder ta’ Southampton James Ward-Prowse f’Old Trafford matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Mal-ftuħ tat-trasferimenti, ir-Red Devils mistennija jfittxu l-firma ta’ żewġ midfielders ġodda. Dan hekk kif Paul Pogba u Nemanja Matic se jkunu qed iħallu l-klabb hekk kif dawn diġà ddikjaraw li se jkunu qegħdin ifittxu esperjenza ġdida ma’ klabbs oħrajn.

Qabel ma jieħu uffiċjalment it-tmexxija ta’ Man United f’idejh, Ten Hag dan is-sajf x’aktarx li jingħata baġit ta’ trasferiment b’saħħtu biex ikun jista’ jsaħħaħ lit-tim.

Jidher li nofs il-grawnd jista’ jkun prijorità fir-ristrutturar tat-tim għall-Olandiż u b’hekk diġà xeħet ħarstu fuq Ward-Prowse. Għal dan il-għan jidher li hemm diġà offerta ta’ £75 miljun bil-ħsieb li jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ timijiet.

Madankollu, Manchester City huma ħerqana wkoll għall-Ingliż, u għalhekk jista’ jkun li fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm taqtigħa għal dan il-plajer bejn iż-żewġ ġganti ta’ Manchester.

Sport