Tuesday, April 30, 2024

Il-Prinċipessa Charlotte tagħlaq seba’ snin

Aqra wkoll

It-2 ta’ Mejju jimmarka għeluq snin il-Prinċipessa Charlotte — bint id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge (William u Kate). Hija twieldet seba’ snin ilu f’St Mary’s Hospital, f’Paddington, Londra, fit-8:34am.

Matul dan il-weekend, Kate ħadet tliet ritratti lil bintha f’Norfolk sabiex timmarka għeluq is-seba’ snin tal-Prinċipessa Charlotte. Fosthom, kien hemm ritratt minnhom tal-Prinċipessa mal-kelba tagħhom Orla.

Ritratt: Id-Dukessa ta’ Cambridge

Id-Dukessa hija dilettanta tal-fotografija u ta’ spiss ixxerred ritratti ta’ wliedha fuq il-midja soċjali sabiex timmarka okkażjonijiet importanti, bħalma huwa għeluq snin il-membri tal-familja.

Ritratt: KENSINGTON PALACE/AFP via Getty

Is-sena l-oħra, meta l-Prinċipessa Charlotte għalqet sitt snin, deher ritratt tagħha liebsa libsa sajfija.

Sport