Ammont kbir ta’ konkos spiċċa fit-triq tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa bil-konsegwenza li għal xi ħinijiet kien hemm periklu għas-sewwieqa.
Min-naħa tad-Difiżjoni tat-Tindif – Clean Malta – mill-ewwel bagħtu numru ta’ ħaddiema li mhux biss inaddfu l-konkos li waqa’ minn xi trakk, iżda wkoll ineħħu kull periklu.
Clean Malta f’post fuq il-midja soċjali kitbu li l-ħaddiema tad-Diviżjoni għal darb’oħra spiċċaw inaddfu minħabba nigliġenza ta’ ħaddieħor.
“Il-kooperazjoni u r-rispett huma meħtieġa lejn dawk is-sewwieqa rispettivi li jkunu wara dik il-vettura fejn minħabba negliġenza tiegħu jaf jikkaġuna inċident li jista jkun fatali.
“Min-naħa tagħna se nibqgħu kommessi li nipprovdu l-aqwa servizz possibbli għax dan hu Is-Servizz Pubbliku fejn bil-kooperazzjoni ta’ kulħadd pajjiżna jista’ jkun u jidher aħjar,” qalu ta’ Clean Malta.