Saturday, December 21, 2024

Jaqleb għall-agħar il-ġuvni li weġġa’ bil-quad bike fl-Għarb … Se jittieħed lejn Mater Dei

Tim mediku qed jipprepara biex il-pazjent jittieħed b'ħelikopter

Aqra wkoll

It-turist li weġġa’ aktar kmieni lejla waqt li kien qed isuq bil-quad bike fl-Għarb qaleb għall-agħar u issa qiegħed jitqies li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Sorsi qalu li talk.mt li l-ġuvni li weġġa’ hu Ingliż u għandu 25 sena.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li qed isiru mill-pulizija jirriżulta li hu kien qiegħed Għawdex fuq btala.

Aktar kmieni: Turist isofri ġrieħi gravi wara li weġġa’ bil-quad bike fl-Għarb Għawdex

Kien għall-ħabta tas-6.45pm meta l-Pulizija f’Għawdex ġew informati li qrib it-Tieqa ta’ Wied il-Mielaħ kien seħħ inċident li fih kien hemm involut quad bike.

Sorsi qalu lil talk.mt li r-raġel hu barrani u ddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex ftit tal-ħin ilu.

Jirriżulta wkoll li r-raġel sofra ġrieħi gravi.

Aktar dettalji kif jaslulna

Ekonomija

Sport