Wednesday, April 24, 2024

“L-ispazji miftuħa ġodda se jkunu r-riżultat konkret li rridu nagħtu lin-nies”

- il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

B’investiment ta’ €10 miljun, 16-il lokalità f’Malta u Għawdex se jkunu qegħdin igawdu minn spazji ħodor ġodda, li permezz tagħhom il-familji Maltin u Għawdxin se jkunu qegħdin igawdu minn ambjent nadif qrib ir-residenza tagħhom. Proġetti bħal dawn huma riżultati konkreti li l-Gvern Malti jrid jagħti lin-nies.

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Project Green, Steve Ellul f’kumment li ta lil ġurnal talk.mt, fejn qal li l-‘Community Greening Grant’ hija l-akbar skema ambjentali li qatt ra dan il-pajjiż li permezz tagħha se jintlaħqu l-ambizzjonijiet sabiex jingħataw aktar spazji miftuħa lin-nies f’inqas minn għaxar minuti ‘l bogħod mid-dar tagħhom.
Huwa żied jgħid li b’kollox b’dawn is-16-il proġett se jintlaħqu mal-110,000 persuna madwar Malta u Għawdex, jiġifieri persuna minn kull ħamsa se jkollha spazju miftuħ viċin tagħha.

“Dawn l-ispazji se jkollhom funzjoni differenti b’investiment ta’ €10 miljuni, permezz tal-Community Greening Grant, se jkollna proġetti ambjentali ta’ kwalità li huma sostenibbli, li jinkludu l-aspett edukattiv u li jinċentivaw mezzi alternattivi tat-trasport,” kompla jgħid il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green.

Spjega li f’dawn il-proġetti se jiġu installati madwar 10 ċisterni biex b’hekk tiġi assigurata s-sostenibbiltà tal-proġett. Dan filwaqt li kull proġett se jkollu pjan għal manutenzjoni li jkopri għaxar snin.

L-aspett edukattiv qed jiġi inkluż biex jingħata aktar tagħlim dwar il-biodiversità, l-widien u l-ekosistema, filwaqt li f’ċertu proġetti se jiġi provdut spazju miftuħ fejn l-edukaturi jkunu jistgħu jagħmlu l-lezzjonijiet tagħhom.

Ellul tenna li dawn se jkunu spazji miftuħa għal kulħadd, għall-familji biex igawdu u jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien fi spazju miftuħ, għat-tfal biex ikunu jistgħu jitgħallmu aktar fuq l-ambjent u għall-ħaddiema biex jistrieħu fi spazju rilassanti.

Il-proġetti mħabbra huma dawn: Hospice Landscape Garden f’Santa Venera, Fruit Forest fl-Imtarfa, Ġnien Malti f’Birkirkara, Ġnien Reggie Miller fil-Mosta, Ġnien Triq il-Għasel fil-Mellieħa, Taż-Żebbuġ Picnic Site f’Ħal Għaxaq, Rainwater Harvesting Park f’Għajnsielem, Pjazza Victor Denaro fl-Imsida, Simar Nature Reserve f’San Pawl il-Baħar, Tal-Kavallerizza f’Marsaxlokk, Green Shelter fil-Gżira, Ta’ Xwieki Sports Park fil-Għargħur, New Leaf Park f’Bormla, Ġnien Mediterran f’Raħal Ġdid, Pjazza Karmelitani fiż-Żurrieq u Pietà Playground fil-Pietà

Sport