Wednesday, April 24, 2024

Kunċert mill-Banda tal-AFM għada fil-Katidral f’Għawdex

Aqra wkoll

Għada l-Ġimgħa fil-Knisja Katidrali tal-Assunta gewwa iċ-Ċittadella se tkun qed tospita kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta

Dan qed jiġi organizzat mill-Fondazzjoni Kulturali (JP2) Papa San Gwanni Pawlu II b’kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Lokali tal Belt Victoria.

Dan il-kuncert kien skedat li jsir fil-5 ta’ Jannar 2023 u minħabba l-Luttu Nazzjonali għall-mewt tal-Papa Emeritu Benedittu XVI il-kunċert kellu jiġi pospost għal Ħamis 9 ta’ Frar 2023.

Sfortunatament, il-kunċert kellu jerġa’ jiġi pospost minħabba l-maltemp biex issa se jkun qed isir għada.

Il-Banda ta’ AFM se tkun taħt id-direzzjoni mużikali tal-Kaptan Jonathan Borg AFM.

L-attività hija bla ħlas iżda se ssir ġabra u parti minn din il-ġabra se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza.

Din l-attività qed tfakkar ukoll it-33 anniversarju miż-żjara f’Għawdex tal-Papa San Ġwanni Pawlu II, li saret fis-26 ta’ Mejju 1990. Il-kunċert se jibda fit-8.00pm.

Sport