Wednesday, July 24, 2024

Javier Manquillo jitlaq lil Newcastle

Aqra wkoll

Wara li kien ilu jilgħab ma’ Newcastle għal dawn l-aħħar sitt snin, il-winger internazzjonali Spanjol Javier Manquillo se jitlaq minn St James’ Park sabiex imur jilgħab ma’ Celta Vigo f’pajjiżu stess.

Manquillo ma ngħatax ċans mill-kowċ Eddie Howe sabiex juri l-potenzjal tiegħu u din il-ħaġa dejqitu mhux ftit tant li talab lill-klabb sabiex għal din is-sessjoni ta’ Jannar jitħalla jitlaq mill-Ingilterra.

L-eks plejer ta’ Atletico Madrid, Liverpool, Olympique Marseille u Sunderland b’kollox lagħab 110 partiti b’kollox u skorja gowl wieħed biss. L-aħħar partita li deher kien fit-18 ta’ Mejju tas-sena l-oħra kontra Brighton.

Ekonomija

Sport