Floriana FC ħabbru l-ħatra ta’ Jean Paul Desira bħala interim coach tat-tim tal-kbar tal-Klabb.
Jean Paul, li bħalissa jservi bħala d-Direttur Tekniku tal-Klabb, se jieħu f’idejh ir-responsabbiltajiet ta’ Kowċ b’effett immedjat.
Fi stqarrija, Floriana FC ta l-appoġġ sħiħ tiegħu lil Jean Paul u awguralu l-isbaħ xorti u kull suċċess fir-rwol il-ġdid tiegħu.




