Friday, October 16, 2026
Home Sport Il-UEFA se tieħu passi wara li partitarji ta’ Hajduk Split  kantaw innijiet...

Il-UEFA se tieħu passi wara li partitarji ta’ Hajduk Split  kantaw innijiet favur in-Nażiżmu

0
49

Il-partitarji ta’ Hajduk Split qanqlu kontroversja wara li kantaw innijiet favur Adolf Hitler u slogans antisemitiċi qabel il-konfront kontra Ajax fil-UEFA Conference League fil-Kroazja.

Membri tal-grupp ta’ partitarji Torcida dehru jkantaw slogans kontra l-Lhud waqt purċissjoni fit-toroq ta’ Split, fejn intwera wkoll tebut falz bl-isem ta’ Ajax. L-inċident ġie kkundannat mill-ogħla awtoritajiet Kroati u mill-Ambaxxata Iżraeljana, filwaqt li l-pulizija arrestat mill-inqas 12-il persuna b’rabta mal-każ.

Il-partita ġiet interrotta għal madwar 12-il minuta minħabba murtali u oġġetti li ntefgħu fil-ground. 

Minkejja t-tensjoni, Hajduk Split rebħu il-konfront bl-iskor ta’ 2-1. Il-club għamel apoloġija għall-imġiba ta’ bosta partitarji tiegħu u esprima r-rieda li jiffaċċja l-konsegwenzi tal-inċident.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here