Friday, October 16, 2026
Home Sport Jadon Sancho jrid jaċċetta tnaqqis sostanzjali fis-salarju biex jingħaqad ma’ Getafe

Jadon Sancho jrid jaċċetta tnaqqis sostanzjali fis-salarju biex jingħaqad ma’ Getafe

0
48

L-attakkant Ingliż Jadon Sancho jista’ jkollu jaċċetta tnaqqis sostanzjali fis-salarju biex jingħaqad ma’ Getafe, hekk kif il-club Spanjol qed jipprova jilħaq ftehim biex jakkwistah mingħajr ħlas.

Skont rapporti fil-midja Spanjola, Getafe qed joffri lil Sancho kuntratt li jiswa madwar €4 miljun fis-sena, filwaqt li s-salarju preċedenti tiegħu ma’ Manchester United kien ferm ogħla dal ta’ £300,000 fil-ġimgħa. Madankollu, anke din iċ-ċifra tista’ tkun diffiċli għall-club biex jaffordjaha minħabba l-limiti finanzjarji ta’ La Liga.

Sancho, ta’ 26 sena, jinsab mingħajr club wara li skadielu l-kuntratt ma’ Manchester United fi tmiem Ġunju. Huwa qatta’ l-istaġun li għadda b’self ma’ Aston Villa, u issa qed jikkunsidra l-offerta ta’ Getafe biex jerġa’ jibda l-karriera tiegħu fi Spanja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here