Friday, October 16, 2026
Home Sport Jude Bellingham jilħaq ftehim għal kuntratt ġdid ma’ Real Madrid

Jude Bellingham jilħaq ftehim għal kuntratt ġdid ma’ Real Madrid

0
57

Il-midfielder Ingliż Jude Bellingham laħaq ftehim ma’ Real Madrid dwar kuntratt ġdid ta’ ħames snin li għandu jżommu mal-club Spanjol sal-2031.

Skont rapporti fil-midja Spanjola, il-ftehim se jinkludi wkoll titjib fis-salarju tal-player ta’ 23 sena, li ngħaqad ma’ Real Madrid mingħand Borussia Dortmund fl-2023.

Bellingham sar wieħed mill-aktar players importanti tat-team u l-club irid jiżgura s-servizzi tiegħu għall-futur. Għalkemm intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet, il-passi formali għat-tiġdid tal-kuntratt għad iridu jitlestew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here