Friday, October 16, 2026
Home Sport Lisandro Martinez disponibbli għal Manchester United kontra Leeds United

Lisandro Martinez disponibbli għal Manchester United kontra Leeds United

0
55

Id-difensur Arġentin, Lisandro Martinez, se jkun disponibbli għal Manchester United għall-konfront kontra Leeds United fil-Premier League nhar il-Ħadd.

Il-coach, Michael Carrick, ikkonferma li Martinez se jkun parti mill-iskwadra wara li l-player għamel apoloġija għall-kummenti tiegħu dwar it-tmexxija tal-club u l-politika tat-trasferimenti, wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Atletico Madrid fil-UEFA Champions League.

Carrick qal li l-kwistjoni ġiet solvuta u li t-team mexa ’l quddiem. Għaldaqstant, Martinez jista’ jkun disponibbli għall-partita f’Elland Road, għalkemm għad irid jiġi deċiż jekk jibdiex fil-formazzjoni inizjali. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here