Saturday, May 4, 2024

“Jekk is-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar id-darba li jmiss inkunu erbgħa”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-artista lokali Ira Losco fl-aħħar ħin kitbet tgħid fuq il-profil tagħha li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija tal-Covid-19 se tkun qiegħda tħoss in-nuqqas tal-btala tas-sajf tagħha lejn Sqallija.

Ira żiedet tgħid li minkejja li mhux se tkun qiegħda tmur lejn Sqallija bħalma normalment tagħmel fis-sajf, is-sena d-dieħla jekk is-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar se tkun btala b’differenza, b’erba’ membri fil-familja.

Ira ħabbret li qiegħda tistenna t-tieni tarbija tagħha ftit tax-xhur ilu u jidher li jekk is-sitwazzjoni tal-Covid-19 taqleb għall-aħjar fix-xhur li ġejjin, is-sajf li ġej se tkun qiegħda tirritorna għal din il-btala li tant tkun qiegħda tistenna.

https://www.facebook.com/iraloscofanpage/photos/a.197737098915/10160281189973916/

Sport