Monday, May 13, 2024

Żewġt irġiel arrestati b’rabta mal-allegat serq ta’ kważi 130,000 sigarett

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija għadha kemm arrestat żewġ persuni wara li allegatament serqu sigaretti minn maħżen fix-xatt tal-Belt. Jidher li s-serq kien ilu għaddej u mill-investigazzjonijiet li kienu qed isiru, il-Pulizija waslet għall-post fejn kien u qed jinħażnu dawn is-sigaretti.

Fl-operazzjoni ġew miżmumin żewġt irġiel; wieħed ta’ 54 sena mis-Swieqi u l-ieħor ta’ 26 sena mill-Mosta. Qed ikun stmat li b’kollox instabu diversi kaxxi b’total ta’ kważi 130,000 sigarett.

L-operazzjoni, li bdiet illejla għall-ħabta tal-5:00 tmexxiet mill-Pulizija tar-reati maġġuri, dawk mill-għassa tad-distrett tal-Belt, kif ukoll bl-għajnuna ta’ uffiċjali mid-dwana.

Sport