Wednesday, April 24, 2024

“Jekk tieħu l-booster, il-vaċċin se jkun iktar effettiv u inqas nies jidħlu l-isptar”

Aqra wkoll

“Nafu li jekk tieħu l-booster, il-vaċċin se jkun iktar effettiv u inqas nies jidħlu l-isptar.”

Hekk sostna t-Tabib ewlieni tal-Gvern Dr Walter Busuttil waqt li kien qed jitkellem fuq il-programme ONE Breakfast.

Huwa tkellem dwar il-fatt li bħall-biċċa l-kbira tat-tilqim ta’ mard ieħor, maż-żmien jibda jonqos l-effett tagħhom. Qal li dan ma jfissirx li l-vaċċin li ttieħed fil-passat li m’huwa effettiiv xejn, imma sostna li meta wieħed jieħu l-booster dan se jkun aktar effettiv.

“Nafu li l-booster jgħin biex inaqqas kemm persuni jidħlu l-isptar, inaqqas ir-rata ta’ kemm persuni jimirdu u ta’ kemm nies jinfettaw lil xulxin. Minkejja li nafu li jkun hemm breakthrough infections, nafu li bil-booster ħa nnaqsu ċ-ċans li jkun hemm infection spread ukoll,” qal it-tabib.

Tkellem dwar il-fatt li bħalissa hemm tmien pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva bil-Covid. Qal li minn dawn hemm tlieta minnhom li ma ħadu l-ebda vaċċin.

“Jekk tqabbel il-proporzjon ta’ nies li qegħdin ġewwa l-ITU li ma ħadux il-booster huwa aktar għoli milli dawk li ħaduh,” qal it-tabib.

Sport