Wednesday, April 24, 2024

Il-kwarantina għalmitu jirrealizza kemm l-għożża tal-familja hija prezzjuża u kemm is-saħħa hija importanti

Aqra wkoll

F’mument ta’ riflessjoni fi tmiem tal-kwarantina, fejn kellu jqatta’ 10 t’ijiem id-dar flimkien ma’ ommu u missieru, is-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia qal li din għalmitu ħafna affarijiet fost l-oħrajn irrealizza kemm l-għożża tal-familja hija prezzjuża f’din il-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu.

Fl-4 ta’ Jannar Farrugia kien qal li se jkollu jnaqqas l-kuntatt dirett man-nies peress li jinsab fi kwarantina mandatorja wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Matul dawn il-jiem ta’ kwarantina huwa rrealizza wkoll kemm is-saħħa hija verament importanti u kemm huwa sabiħ li tkun imdawwar b’nies li jagħtuk il-kuraġġ sabiex tkompli miexi ‘l quddiem.

“Kultant moħħna tant kemm ikun aljenat fuq diversi affarijiet, li ma nintebħux f’dak li verament jagħmel sens fil-ħajja tagħna. Ħudu ħsieb ħbieb,” qal Farrugia.

L-appell ikompli jkun biex nibqgħu nibżgħu għal xulxin u nobdu dak kollu maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Sport