Saturday, December 14, 2024

Jgħid li ra lill-Mulej … il-forma ta’ wiċċu ma rahiex minħabba dija qawwija

Aqra wkoll

“Kelli viżjoni fejn rajt lill-Mulej fejn rajt il-qawwa tal-Mulej”. Iddikjara dan Pastor Gordon Manche waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon nazzjonali. 

Manche qal li kien f’ħin ta’ talb intimu meta kien jgħix l-Amerka meta seħħ dan l-episodju. 

Meta mitlub mill-preżentatur biex jiddeskrivi dwar id-dehra tiegħu, Manche qal li għalkemm rah dan kien f’forma ta’ raġel iżda kellu dawl qawwi ħiereġ minn wiċċu u ma setax jidentifikah.

“Il-forma ta’ wiċċu ma rajthiex, jekk kellux daqna jew mustaċċi ma rajthomx għax wiċċu kien letteralment dija sħiħa”, tenna Manche.

Ekonomija

Sport