Monday, May 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ vettura f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-7:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Kia Sportage misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel residenti Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm aktar tard seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport