Jibda għaddej ġuri akkużat bi qtil fil-Marsa

Aqra wkoll

Amo Frank Kwaku ta’ 30 sena mill-Ghana beda għaddej ġuri akkużat bil-qtil ta’ Isaac Kwabena Kyere, żagħżugħ ieħor mill-Ghana li kellu 23 sena. 

Il-każ seħħ nhar l-10 ta’ Ġunju 2021, fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa. Il-vittma allegatament qala’ 18-il daqqa ta’ sikkina. 

Amo Frank Kwaku qed ikun akkużat b’erba’ Kapi t’Akkuża: il-qtil ta’ Kyere, li żammu kontra l-volontà tiegħu, li kien fil-pussess ta’ arma mingħajr liċenzja u li m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija.

Kwaku qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi. Il-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. 

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Kaylie Bonett u Michael Muscat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li l-Avukat Josette Sultana qed tidher għall-akkużat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport