Ix-xogħol fuq il-bandli u spazju miftuħ tal-Imdina issa beda.
Dan hekk kif dan ix-xahar il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li dan il-proġett se jkun qed isir b’investiment ta’ €1.2 miljun mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Permezz ta’ dan il-proġett, il-familji se jkollhom iżjed spazju miftuħ għalihom fejn jistgħu iqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien.
Il-Ministru Borg qal li jħares ‘il quddiem li jagħtu aktar postijiet ta’ rilassament lill-poplu biex verament ikunu qed joffru kwalità ta’ ħajja aħjar.