In-nies qed jiġu mwissija sabiex ma jibqgħux jinġabru fil-kju biex isellmu lir-Reġina f’Westminster Hall minħabba li jafu jkunu ddiżappuntati.
Fl-aħħar aġġornament qalu li daqt jingħalaq il-kju tan-nies u dan minħabba l-fatt li bħalissa l-istennija taf tieħu mat-13-il siegħa jew aktar.
Skont rapporti oħra, jidher li sa minn dalgħodu dawk preżenti bdew iħaffu l-pass b’rispett lejn il-folla li kompliet tikber biex kulħadd ikollu l-opportunità li jaqta’ xewqtu.
It-tebut tar-Reġina ilu għal dawn l-aħħar erbat ijiem f’Westminster Hall sabiex il-pubbliku jmur jagħtiha l-aħħar tislima. It-tebut tar-Reġina għandu hemm sa għada. Huwa jagħlaq għall-pubbliku fis-6.30 a.m, erba’ sigħat qabel ma jibda l-funeral f’Westminster Abbey.