F’għeluq ir-raba’ jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali daħlu aktar nominazzjonijiet.
Fuq it-tieni distrett daħlu żewġ nominazzjonijiet mill-Kandidati Laburisti Glenn Bedingfield u Oliver Scicluna biex jimtela’ l-post battal mill-Ministru Clyde Caruana.
Fuq ir-raba’ distrett daħlu tliet nominazzjonijet mill-Kandidati Laburisti Glenn Bedingfield, Katya De Giovanni u Oliver Scicluna biex jimtela’ l-post battal mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Fuq il-ħames distrett daħlu żewġ nominazzjonijiet mill-Kandidati Laburisti Omar Farrugia u Mario Joseph Sammut biex jimtela’ l-post battal mill-Prim Ministru Robert Abela.
Fuq is-sitt distrett daħlu numru ta’ nominazzjonijiet fosthom Malcolm Paul Agius Galea, Sean Apap Meli, Fiona Borg, Joseph Cutajar, Rosianne Cutajar, Katya De Giovanni u Omar Farrugia. Xi ħadd minnhom jista’ jkun qiegħed jimla’ l-post battal mill-Ministru Ian Borg.
Fuq is-seba’ distrett daħlet nominazzjoni waħda minn Malcolm Paul Agius Galea biex ikun jista’ jimtela’ post il-Ministru Silvio Schembri.
Fil-ħdax il-distrett elettorali tefgħet in-nomina tagħha l-Kandidata Laburista Romilda Baldacchino Zarb biex ikun jista’ jimtela’ l-post battal mill-Ministru Miriam Dalli.