Tuesday, April 30, 2024

Tista’ tirbaħ flusek lura permezz tal-BOV Bill Payments 

Aqra wkoll

Il-klijenti qed igawdu aktar il-benefiċċji tal-prodotti bankarji diġitali, hekk kif dawn is-soluzzjonijiet diġitali jipprovdu aktar sigurtà u flessibilità mill-metodi bankarji tradizzjonali.

B’appoġġ għal din it-tendenza, il-Bank of Valletta għadu kif nieda Bill Payment Promotion, li biha klijenti li jħallsu l-kontijiet tagħhom permezz tal-funzjoni ‘Pay A Bill’ fuq BOV Internet Banking jew BOV Mobile Banking matul April u Mejju, ikollhom iċ-ċans li jirbħu cashback sa €300 fuq il-ħlas tal-kont tagħhom. Il-klijenti jistgħu jipparteċipaw f’din il-promozzjoni billi jirreġistraw l-interess tagħhom permezz tas-sit elettroniku tal-Bank fuq https://www.bov.com/content/win-up-to-300-back-on-your-next-bill?fbclid=IwAR3s0s0UYMLIaZA9uGG4kHKIdsOm-rfzbyhGdn532053000005 jew permezz tal-midja soċjali tal-Bank u jħallsu kont wieħed jew aktar. Għaxar (10) rebbieħa se jibbenefikaw minn din il-promozzjoni (japplikaw termini u kundizzjonijiet).

Permezz tal-offerta diġitali tal-BOV, il-klijenti jistgħu jmexxu l-finanzi tagħhom b’mod faċli, konvenjenti u sigur, ikunu fejn ikunu. “Is-soluzzjonijiet diġitali tagħna jnaqqsu l-inkonvenjent tal-ħlas b’ċekk u fl-istess ħin jipprovdu lill-klijenti b’aċċess faċli u flessibilità”, qal Kenneth Farrugia, Chief Retail Banking Officer fil-Bank of Valletta. “Il-BOV Internet u Mobile Banking huma mfassla b’mod li jippermettu lill-klijenti jmexxu l-finanzi tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn iżuru fergħat jew joħorġu pagamenti ta’ ċekkijiet, filwaqt li jżommu kont tal-finanzi u l-mudelli tal-ħlasijiet tagħhom.”

Tliet servizzi ewlenin tal-offerta diġitali tal-Bank huma l-ħlas tal-kontijiet, il-ħlas permezz ta’ standing orders u top-ups tal-mobile. Il-funzjoni ‘Pay a Bill’ fuq l-Internet u l-Mobile Banking tal-BOV tippermetti lill-klijenti jħallsu l-kontijiet tagħhom ma’ entitajiet bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, dawk tal-ilma u l-elettriku, skejjel u kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, mingħajr ma jġarrbu spejjeż addizzjonali. Bil-karatteristika ‘Standing Order’ fuq il-BOV Internet Banking, il-klijenti m’għandhomx għalfejn joqogħdu jinkwetaw li jitilfu xi ħlas peress li dan iseħħ awtomatikament ladarba l-istanding orders ikunu ġew stabbiliti. Il-funzjoni ‘Mobile Top-Up’ fuq BOV Mobile qed issir dejjem aktar popolari. Dejjem jikber in-numru ta’ klijenti tal-BOV li jabbandunaw it-top-up cards tal-antik peress li għandhom l-għażla li jitoppjaw l-mobile tagħhom bi kwalunkwe ammont sa €50 mingħajr ma jkollhom għalfejn iniżżlu xi app oħra.

“Il-migrazzjoni tat-traffiku tal-klijenti għal mezzi elettroniċi hija element ewlieni tal-istrateġija fit-tul tal-BOV. Aħna nemmnu li l-futur tal-banek huwa bbażat fuq soluzzjonijiet diġitalizzati li jippermettu lill-klijenti sabiex jmexxu il-finanzi tagħhom b’modi flessibbli u konvenjenti,” temm jgħid Kenneth Farrugia.

Sport