Thursday, June 4, 2026

Under 19 Tfajliet: Wirja dominanti tal-Maltin fuq l-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Malta ……………….4

Arabja Sawdija ….0

It-team nazzjonali Malti tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il Sena ta wirja impressjonanti nhar l-Erbgħa filgħaxija meta għeleb lill-Arabja Sawdija bl-iskor konvinċenti ta’ 4-0 fl-ewwel waħda minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali.

F’din l-ewwel partita minn konfront doppju kontra l-Arabja Sawdija, it-team Malt kien qed ifittex prestazzjoni pożittiva biex ikompli jibni fuq il-progress li għamel fl-aħħar xhur.

Malta bdiet b’saħħitha u setgħet marret fil-vantaġġ sa mill-ewwel minuta meta daqqa ta’ ras ta’ Lisa Calleja ġiet salvata minn fuq il-linja fatali. Ftit minuti wara kienet Kay Axiak li ttestjat lill-goalkeeper, Dima Shaikh, li rnexxielha ssalva f’żewġ tentattivi.

Malta fetħet l-iskor fit-12-il minuta meta Grace Madison Cachia sabet ix-xibka wara li Shaikh salvat l-ewwel tentattiv tagħha. L-istess Cachia kellha opportunità kbira oħra fis-17-il minuta meta sabet ruħha waħedha quddiem il-lasta, iżda x-xutt tagħha mill-viċin ġie salvat b’mod brillanti minn Shaikh.

Malta rdoppjat il-vantaġġ fis-27 minuta permezz ta’ xutt mill-isbaħ ta’ Amy Catania li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Sawdija. Il-kumplament tal-ewwel taqsima kien aktar kalm, b’Malta tkompli tikkontrolla l-logħba filwaqt li l-viżitaturi ftit li xejn kienu ta’ periklu.

Fis-70 minuta,  Malta tilfet opportunità tad-deheb biex tagħmilhom tlieta meta cross ta’ Thais Muscat sab lil Lisa Calleja, li iżda naqset milli tikkonkludi mill-viċin. 

Madankollu, sitt minuti wara Malta assigurat ir-rebħa meta Cachia approfittat minn ballun fil-kaxxa u xeħtet fix-xibka b’xutt qawwi biex irreġistrat it-tieni goal personali u t-tielet wieħed għat-team Malti.

L-iskor sar 4-0 fit-82 minuta meta Amy Catania wkoll kisbet it-tieni goal tagħha tal-logħba wara azzjoni individwali mill-aqwa. It-team Malti żagħżugħ kompla jikkontrolla l-logħba sal-aħħar minuti biex irreġistra rebħa impressjonanti quddiem il-partitarji tiegħu.

Malta: Maya Muscat (Raisa Magro 71’), Amy Catania, Amber Galea, Olivia Nazarko, Lisa Calleja, Grace Madison Cachia, Kay Axiak (Edeson Grixti 82’), Thais Muscat (Gloria Cassar 82’), Alanah Ghio, Alys Faye Lucy Wilson (Kristina Zammit 46’), Lara May Azzopardi – Coach: Melania Bajada

Arabja Sawdija – Dima Shaikh, Layan Amir, Aseel Ahmed, Lulu Abdullah (Maha Albadrani 74’), Zahra Talib (Salma Alzubaidi 62’), Saba Alyahya (Zahra Jalal 89’), Lareen Basyoni, Lamar Wael, Lama Thamir, Mawaddah Almaghrabi, Tulin Alghamdi (Lina Eed 62’) – Coach: Xavier Vilamala

Referee: Kieron Haber

Karti Sofor: Mawaddah Almaghrabi (Arabja Sawdija)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport